SOĊJETÀ FILARMONIKA SANTA MARIJA
ŻEBBUĠ, GĦAWDEX
EST. 1995

M.S.S.P.
Dar Stella Maris
- Din id-Dar tinsab mibnija kantuniera fuq is-sisien (magħrufin bhala ta Cenc) u thares kburija lejn it-Tramuntana u Lvant t'Għawdex.
- Lejn tmiem is-snin sittin Fr. Stanley Tomlin (dak in-nhar superjur ġenerali tas-Soċjetà Missjunarja ta San Pawl ) bil-għajnuna taż-zagħzugħ miż-Żebbuġ Joe Camilleri, (illum saċerdot djocesan li jgħix fl-Istati Uniti ta l-Amerika) beda ħidma biex isib l-art u tinbena dar fiż-Żebbuġ.
- Monsinjur Andrea Vella (Edukatur u Storiku Żebbuġi) kien strumentali ħafna biex ġiet akkwistata l-art fejn inbniet din id-Dar.
- Dawk il-benefatturi Żebbuġin li kellhom sehem mill-art jew offrewh b'xejn inkellab'kumpens baxx ħafna.
- Il-Perit Malti Camilleri Galea iffirma l-pjanti finali ippreparati mid-dirigenti tas- Soċjetà Missjunarja ta San Pawl.
- Il-perit Għawdxi, Joseph Dimech issottometta mill-ġdid dawn il-pjanti u segwa mill-qrib l-andament tagħhom quddiem l-awtoritajiet.
- Vitor Vella ( ta' Qniepen ) kien l-imgħallem bennej ta din id-Dar.
- Din id-Dar hadet madwar tliet snin biex okkupat gewwa fiha l-ewwel novizzi Maltin f'Ottubru ta l-1973.
- Nhar il-Hadd 30 ta Gunju 1974, ġiet inawgurata mill-E.T. Nikol Cauchi, Isqof t'Għawdex u ingħatat l-isem ta Dar Stella Maris. ( Kewkba tal-Bahar )
- L-skop oriġinali ta din id-dar kien li tospita lil diversi Zgħazagħ tas-Soċjetà` waqt in-novizzjat tagħhom. Illum isservi bhala wahda mill-aqwa djar li għandna f'Għawdex għall- irtiri.
- It-Triq principali ta quddiem din id-Dar bdiet tissejjah "Triq Mons. Guzeppi De Piro". (Fundatur ta' din is-Soċjetà Missjunarja)
- Id-Dar Stella Maris garrbet hsarat estensivi inter nament ikkawzati minn hruq fil-lejl ta bejn is-26 / 27 ta Dicembru 1992. L- alterazzjonijiet u r-restawr mill-ġdid tlesta fi żmien ftit gimgħat.
- Din is-Soċjetà Missjunarja ntroduciet il-purcissjoni bil-bambin fil-lejl tal-Milied li ta kull sena titlaq minn Dar Stella Maris.
- Din is-Soċjetà Missjunarja ntroduciet ukoll fiż-Żebbuġ il-priedka tat-tifel fil-Milied waqt il-quddiesa ta nofs il-lejl fil-knisja tal-parrocca.
Novizzi Żebbuġin
Fr. Louis Mallia ( Illum Direttur tac-C.A.M. gewwa l-Hamrun )
Fr.Giovanni Cefai ( Illum saċerdot missjunarju gewwa l-Peru )
Fr. Victor Zammit ( Illum saċerdot missjunarju gewwa l-Peru )
Fr. Frankie Cini ( Qed jistenna biex jiġi assenjat f’missjoni barra minn Malta ).
Diretturi (ta' Dar Stella Maris sa llum)
Fr. Tarcisio Micallef M.S.S.P.
Fr. Claudio Borg M.S.S.P.
Fr. Anthony Sciberras M.S.S.P.
Fr. Paul Kierce M.S.S.P.
Fr. Edwin Agius M.S.S.P.
Fr. Stanley Tomlin M.S.S.P.
Fr. Alfred Farrugia M.S.S.P.