SOĊJETÀ FILARMONIKA SANTA MARIJA
ŻEBBUĠ, GĦAWDEX
EST. 1995
Appell - Bini Każin

Għeziez Żebbuġin,

Il-bidu tal-Banda Santa Marija lura f’Mejju 1995, kien tabilħaqq proġett kbir u ambizzjuz u s-success tiegħu ddependa bil-kbir mil-ġenerozita` kemm tar-residenti lokali kif ukoll minn numru ta’ emigranti Zebbuġin li qed jgħixu barra minn Malta. Minkejja li ninsabu ta’ eluf ta’ mili mifrudin minn xulxin, ħafna minn dawn l-emigranti Zebbuġin baqgħu marbutin ma’ raħal twelidhom, ir-raħal sabiħ u pittoresk tagħna…iz-Zebbuġ. F’din ir-rabta dejjem kien hemm mħabba qawwija u intima lejn il-patruna tagħna Santa Marija u lejn il-muzika, storja li tmur lura ħafna snin qabel it-twaqqif tal-Banda Santa Marija.

Huwa fatt magħruf li f’kull okkazzjoni li fir-raħal tagħna seħħ xi proġett kbir, l-interess u s-sapport finanzjarju taz-Zebbuġin li jgħixu barra kien wieħed ta’ inkoraġġiment u ma naqas qatt. Hawnhekk kulħadd japprezza u huwa kburi b’dan l-appoġġ ta’ dawn ħutna Zebbuġin, sew jekk kien proġett tal-Knisja jew bini ieħor fil-ħajja socjali tar-raħal tagħna. Il-Kazin tal-Banda tagħna minbarra li minnu nnifsu huwa ġawhra arkitettonika, ser ikompli jixpruna qawmien kulturali u edukattiv li wara kollox kellna f’dawn l-aħħar snin li wassal għat-twaqqif ta’ din l-Għaqda Muzikali Santa Marija fit-30 ta’ Mejju 1995. Certament li din is-Socjeta ser tibqa monument, grazzi għal ġenerozita u l-għozza ta’ ħafna minnkom li tajtuna l-għajnuna kemm bil-flus kif ukoll b’kull appoġġ ieħor. Mingħajr din l-għajnuna zgur li kieku għadna ma wasalniex hawnhekk.

Dawk minnkom li jixtiequ jgħinuna fit-tkomplija tal-bini tal-kazin jistgħu jiddepozitaw d-donazzjoni tagħhom f’wieħed miz-zewġ kontijiet bankarji li jidrhu hawn taħt: HSBC 071-164867-001 or APS 11200830013 S.W.I.F.T.: APSB MTMT jew tistgħu tibgħatulna cheque indirizzat lis-Socjeta Filarmonika Santa Marija, Pjazza l-Assunta, Zebbuġ Għawdex, Malta.

Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzjakom ta’ l-interess li turu f’dan il-website, li minbarra informazzjoni dwar il-Banda Santa Marija, issibu ukoll sezzjonijiet sħaħ interessanti li jirrakkuntaw kwazi l-attivita kollha li isseħħ matul is-sena fir-raħal tagħna.

Tislijiet,

George J.Cefai
President