SOĊJETÀ FILARMONIKA SANTA MARIJA
ŻEBBUĠ, GĦAWDEX
EST. 1995
Soċjetà Filarmonika Santa Marija - Żebbuġ, Għawdex
PROGETTI
AVVENTURI FIL-MUZIKA

Il-‘Youth in Action Programme’ huwa wiehed minn bosta programmi edukattivi li ghandha l-Unjoni Ewropeja. L-iskop principali ta’ dan il-programm hu li jghin zghazagh iwettqu progetti u inizjattivi li joholqu huma stess billi jipprovdilhom sapport finanzjarju. Permezz ta’ dawn il-progetti, partecipanti zghazagh jinghataw l-opportunita’ li jkabbru l-orizzonti taghhom, jizviluppaw sens ta’ inizjattiva u jiehdu sehem attiv fil-bini ta’ l-Ewropa tat-tielet millenju. Il-programm ‘Youth’ ighin ukoll biex permezz ta’ taghlim informali l-istess persuni jakkwistaw gharfien u hiliet necessarji li jghinhom fl-izvilupp personali taghhom u jikbru f’cittadini attivi u responsabli. Hu mistenni li dawn il-progetti jkunu ta’ beneficcju ghal firxa wiesgha ta’ nies u jhallu mpatt pozittiv fuq il-komunita’ ngenerali.

INIZJATTIVA’ ZGHAZUGHA
Matul is-Sajf 2008 numru ta’ zghazagh fi hdan is-Sezzjoni Zghazagh tas-Socjeta’ Filarmonika’ Santa Marija taz-Zebbug – Ghawdex iddeciedew li juzaw il-hin liberu tal-vaganzi taghhom billi jaghmlu xi haga li minnha jibbenefikaw mhux biss huma izda ukoll il-komunita’ ngenerali. Wara diversi laqghat u diskussjonijiet iddeciedew li jahdmu fuq progett bl-isem ’Adventures in Music - Avventuri fil-Muzika’  li jaqa’ taht l-iskema 1.2 tal-’Youth in Action Programme’ tal-Unjoni Ewropea. Ghal granet shah  hadmu flimkien biex ifasslu dan il-progett u jressqu l-applikazzjoni neccessarja quddiem l-EUPA li hi l-Agenzija Nazzjonali responsabbli minn progetti simili. Il-progett gie ufficjalment approvat aktar kmieni din is-sena u beda lejn l-ahhar ta’ Gunju hekk kif bosta mill-grupp lestew mill-impenji skolastici taghhom. Il-progett kompla matul is-sajf  u lahaq il-qofol tieghu lejn nofs Settembru 2008

.

IL-PROGETT:  ‘AVVENTURI FIL-MUZIKA'
Dan il-progett kulturali  kellu zewg ghanijiet principali. L-ewwel ghan kien li matul is-Sajf 2008 isir kors fl-gharfien u l-apprezzament tal-muzika bl-iskop li  jikber aktar l-gharfien  ghad-diversi tipi u forom tal-muzika kemm fost it-tfal, iz-zghazagh, l-adulti u anke’ l-anzjani. Dan kien possibli bil-kontribuzzjoni ta’ diversi kelliema, kollha esperti fis-suggett taghhom li kull gimgha kienu jiehdu lill-partecipanti f’sensiela t’avventuri muzikali mill-aktar interessanti. Fost l-oqsma diskussi kien hemm il-muzika klassika, operistika, sagra u orkestrali, kif ukoll il-muzika folkloristika u bandistika. Gie trattat ukoll b’certu dettal l-aspett storiku, l-izvilupp ta’ certi strumenti u kif l-Ewropa kienet il-benniena ta’ xejriet differenti tal-muzika matul is-sekli. Il-kelliema ghamlu uzu minn diversi mezzi ta’ taghlim informali u virtwalment hadu l-udjenzi taghhom f’pajjizi u zminijiet differenti. Fost il-kelliema esperti li taw is-sehem taghhom biex dan il-kors kien success kien hemm Mro Joseph Grech (il-ko-ordinatur tal-kors), Fr George Frendo, Anna Borg Cardona, Mro Antonio Theuma, Mro Omar Zerafa, Mro Matthew Sultana, Mro Evan Borg u Mro Philip Vella. Bi pjacir nghidu li r-rispons ghal dawn l-avventuri kien dejjem wiehed sodisfacenti.

It-tieni ghan kien li jinghata gieh lil Mro Antonio Mallia (1898-1980) iben ir-rahal taz-Zebbug li wara li tghallem il-muzika gharaf juza l-hiliet tieghu biex ighallem il-muzika lil bosta zghazagh Żebbugin, iwaqqaf orkestra fil-lokalita’ fiz-zminijiet difficcli ta’ wara l-gwerra u jikteb diversi siltiet muzikali kemm religjuzi kif ukoll ohrajn profani. Wara li l-familjari tal-mibki Mro Mallia ghaddew xi siltiet minn dawn il-kompozizzjonijiet lis-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija, gie deciz li jsiru  l-arrangamenti muzikali necessarji biex ikunu jistghu jindaqqu mill-banda u jingabru fuq CD. L-arrangamenti muzikali saru mis-surmast direttur tal-Banda Santa Marija Mro Joseph Grech u wara bosta kuncerti sar ir-rekordjar taghhom f’Lulju li ghadda. Ic-CD gie prezentat ufficjalment lil pubbliku nhar l-Erbgha 20 ta’ Awwissu 2008 waqt il-kuncert muzikali annwali tas-Socjeta. L-iskop ta’ dan kollu kien li barra tigi apprezzata l-muzika ta’ Mro Mallia, jitwassal messagg pozittiv liz-zghazagh kollha li ghalkemm dan il-bniedem kellu rizorsi u opportunitajiet limitati xorta wahda hadem u rnexxielu jaghti hafna lill-komunita’ fejn kien ighix.

SAPPORT  MORALI U FINANZJARJU
Sabiex jintlahqu dawn l-ghanijiet kienu mehtiega rizorsi sostanzjali. Barra l-ghajnuna finanzjarja mill-’Youth in Action Programme’ il-grupp kellu bzonn sapport u ghajnuniet ohra biex b’xi mod jibbilancja l-kontijiet. Sapport qawwi wasal mill-Kunsill Lokali Zebbug li mill-ewwel emmen  f’dan il-progett u fil-gid kulturali u edukattiv li jista’ johrog minnu. Fil-fatt il-Kunsill Lokali Zebbug irrakkomanda dan il-progett lill-Bank HSBC biex jibbennefika minn skema mnedija mill-istess Bank favur inizjattivi kulturali u edukattivi fil-komunita’. Grazzi ghal din l-iskema waslet ghajnuna sostanzjali ta’ €2300 li mliet bil-kuragg u qawwiet it-tamiet tal-grupp involut. Sapport iehor wasal mill-Kumitat Ezekuttiv tas-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija li ghin liz-zghazagh jorganizzaw attivitajiet ta’ gbir ta’ fondi biex hekk jaghmlu dan il-progett wiehed vijabli. Il-grupp sab ukoll koperazzjoni shiha mill-Ministeru ghal Ghawdex, mill-Kunsill tal-Kultura, mill-Korp tal-Pulizija, mill-familja Mallia, kif ukoll mill-Arcipriet tal-Parrocca Kan. Reuben Micallef.

RINGRAZZJAMENTI
Is-Sezzjoni Zghazagh fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija pubblikament tirringrazzja lil dawk l-entitajiet u persuni kollha li b’xi mod jew iehor taw s-sehem taghhom biex l-holma taghhom tissarraf f’realta’. Grazzi mill-qalb tmur ukoll lejn l-ufficjali kollha tal-EUPA tal-inkoraggiment kontinwu li taw il-grupp matul dawn l-ahhar xhur. Izda bla dubbju grazzi specjali tmur li dawk kollha li attendew u hadu sehem attiv fl-attivitajiet li saru  tas-sapport kontinwu taghhom. Il-grupp hu ferm sodisfatt bir-rizultati miksuba u qed ihares il-quddiem biex jerga’ jaghmel progetti simili.

Kull min jixtieq jakkwista xi CD biex xogholijiet ta’ Mro Antonio Mallia hu mitlub jikkuntatjana fuq bandasantamarija@yahoo.com

Christopher Cini
Group Leader.