<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<?xml-stylesheet type="text/xsl" href="../news/bulettin.xsl"?>
<bulettin>

	<date>Ittra No 07/09 - Dicembru  2009</date>

	<body>
	
	

		<section>
			<heading>Gheziez Zebbugin</heading>
			<paragraph>Matul dan ix-xahar ta’ Dicembru  ahna l-insara niccelebraw wahda mill-akbar Festi – dik tat-twelid ta’ Gesu’ Bambin. Il-funzjonijiet li jsiru fiz-zmien l-Avvent u fin-Novena fil-knejjes taghna jippreparawna fl-aspett religjuz biex nilqghu ahjar lil Gesu’ tarbija. Izda bla dubbju ta’ xejn aspett iehor importanti f’dan iz-zmien qaddis tal-Milied hu dak socjali li jghaqqadna flimkien biex nifirhu flimkien. Bhala Kumitat tas-Sopcjeta’ Filarmonika Santa Marija nhossuna fid-dmir li f’dan iz-zmien aktar minn qatt qabel, norganizzaw attivitajiet socjali sbieh u ta’ livell li bihom noffru divertiment onest lill-familji kollha.
 </paragraph>
		</section>
	
					
		<section>
			<heading>FLIMKIEN FIL-MILIED – GHAL-HMISTAX  IL-SENA.</heading>
			<paragraph>Fost dawn l-attivitajiet socjali li torganizza is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija ghandna s-serata “Flimkien fil-Milied” li din is-sena ser issir nhar is-Sibt 19 ta’ Dicembru 2009 Bhas-snin l-imghoddija f’din is-sena ser ikollna mistednin specjali, fosthom il-kantant popolari - Emmanuel Rapa, il-magician – Mark Bugeja,  kif ukoll il-kor tat-tfal tal-Parrocca “Regina Angelorum” li bid-daqq tal-carols zgur li ser ikomplu idahhluna fl-ispirtu tal-festi tal-Milied. Ser ikollna ukoll il-Priedka tat-Tifla minn Jolene Zahra kitba ta’ Colombia Cefai. Barra dan ghandna  play mtellgha mill-bandisti zghazagh taghna. Ghandna ukoll sorpriza ghat-tfal kollha prezenti li ser titqassam kif tintemm is-serata. Mistieden iehor specjali ghal din is-serata hu bla dubju Father Christmas li sal-lum dejjem zamm l-appuntament tieghu u gab hafna ferh u entuzjazmu bit-tqassim ta’ helu u rigali ghal dawk kollha prezenti. Is-sena ser jerga’ igib mieghu lil Mother Christmas. Ghalhekk nistiednukom takkwistaw biljett minn kmieni biex ma tohorgux dizappuntati. Dawn qeghdin  ghal bejgh minghand il-hwienet tar-rahal u l-helpers tas-soltu ghal prezz ta’ €6.00 il-kbar u €4.00 iz-zghar. Is-serata tibda fis-7.00 p.m. Ghal aktar dettalji araw il-programm li tqassam mal-Bullettin.</paragraph>
		</section>


		<section>	
			<heading>ZJARAT LIL PERSUNI ANZJANI LI JGHIXU WAHEDHOM</heading>
			<paragraph>Ghal sena l-ohra membri tal-Kumitat ser izuru lil dawk il-persuni anzjani li jghixu wahedhom u jaghtihom tifkira zghira tal-Milied.  Dan ser isir nhar il-Hadd, 20 ta’ Dicembru 2009 mid-9.00 a.m. ‘il- quddiem. Nirringrazzjaw minn  issa lil dawk kollha li sena wara l-ohra jilqghuna go djarhom.</paragraph>
		</section>

	<section>	
			<heading>PURCISSJONI,  QUDDIESA U KUNCERT TAL-MILIED FIL-KNISJA PARROKJALI</heading>
			<paragraph>Attivita’ ohra tas-Socjeta’ marbuta ma’ dan iz-zmien tas-sena hija l-partecipaccjoni tal-Banda fil-quddiesa fl-ahhar jum tan-Novena u l-Kuncert tal-Milied fil-Knisja Parrokkjali. Din il-quddiesa u l-kuncert ser isiru nhar l-Erbgha 23 ta’ Dicembru 2009. Din is-sena l-Banda Santa Marija regghet giet mistiedna biex qabel din il-quddiesa tiehu sehem fil-Purcissjoni bil-Bambin li ser titlaq mid-dar tal-MUSEUM. Ghalhekk fil-5.15 p.m. il-Banda takkumpanja l-purcissjoni bil-Bambin u wara tiehu sehem fil-quddiesa b’innijiet religjuzi ta’ zmien il-Milied. Flimkien mal-Banda Santa Marija ser jinghaqqad ukoll il-kor tat-tfal “Regina Angelorum” li bil-kant taghhom ikomplu jzewqu din l-okkazzjoni ta’ ferh  Ezatt wara l-Quddiesa jittella’ programm muzikali qasir taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Grech. Inheggukom tattendu lkoll biex  tkomplu taghmlulna kuragg norgannizaw kuncerti ta’ dan it-tip. </paragraph>
		</section>

				
		<section>
			<heading>LOTTERIJA F'SETT PASTURI SBIEH</heading>
			<paragraph>Il-Kumitat haseb biex ghal din is-sena jerga’ jorganizza lotterija f'sett pasturi verament sbieh li bhalissa jinsabu ghal wiri fit-tieqa ta Marija Cini fi Pjazza l-Assunta. Matul dawn il-granet   membri tal-Kumitat flimkien ma studenti u helpers daru bieb bieb sabiex jigbru l-biljetti li tqassmu mal-bullettin. Nappellaw biex min ghadu ma hax sehem  f’din il-lotterija biex jikteb id-dettalji tieghu fuq dawn il-biljetti u jghaddihomna mill-aktar fis. Dan is-sett pasturi ser jittellgha dak in-nhar tas-serata "Flimkien fil-Milied"</paragraph>
		</section>
		
				
		<section>	
			<heading>L-ISTRINA TAL-BANDA B’RISQ IT-TAGHLIM TAL-MUZIKA</heading>
			<paragraph>Fil-bidu ta’ Jannar il-Kumitat jahseb ukoll sabiex jaghmel il-gabra ta’ l-istrina liema flus migbura jmorru sabiex issir it-taghlim b’xejn tal-Muzika lit-tfal u z-zghazagh taghna. Bhalissa ghandna numru sabih ta’ studenti u j’Alla sena ohra jerga’ jkollna numru sabih ta’ bandisti godda. Din il-gabra ser issir nhar il-Gimgha 1 ta’ Jannar 2010. Inheggu lil kulhadd biex ighin kemm jista’halli nkunu nistghu nibqghu ghaddejjin bil-hidma taghna fosthom it-tkomplija tal-Kazin. Fl-ittra li jmiss nghaddulkom aktar informazzjoni fuq dan il-progett.</paragraph>
		</section>


		<section>	
			<heading>L-IKLA TA’ ZMIEN IL-MILIED GHALL-BANDISTI, HELPERS U HBIEB</heading>
			<paragraph>Nhar il-Hadd 3 ta' Jannar f'nofsinhar, is-Socjeta'  Filarmonika Santa Marija ser torganizza l-ikla ta' zmien il-Milied ghal bandisti, helpers u hbieb.  Bhas-snin l-imghoddija din l-ikla ser tkun miftuha ghal kulhadd u ser issir fl-Odyssey Bar and Rest. f’Marsalforn. Il-prezz hu ta’ €12.00 il-Kbar u €6.00 iz-zghar. Jigi provdut transport b’xejn lil kull min jixtieq. Aktar dettalji fil-jiem li gejjin.  Ghalissa zommu din id-data libera. Nisperaw li anke din is-sena jkunu bosta dawk li jinghaqdu maghna u. flimkien nghaddu ftit tal-hin f’atmosfera differenti minn tas-soltu   </paragraph>
		</section>
		
		
		<section>	
			<heading>APPELL MID-DIRETTUR SPIRITWALI KAN DUN KARM CINI.</heading>
			<paragraph>Id-Direttur Spiritwali, jixtieq jappella lil Bandisti, Studenti, Membri tas-Sezzjoni Zghazagh u Nisa, Soci u Benefatturi sabiex fl-okkazzjoni tal-Gimgha Ewkaristika ninghaqdu bhala familja wahda ghal siegha Adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Din is-sena ser isir nhar it-Tnejn 28 ta’ Dicembru 2009 bejn is-7.00 u it-8.00 p.m. Ejja nghaqqad maghna u ma’ Gesu fl-Ewkaristija inti ukoll.S</paragraph>
		</section>
		
		
				<section>	
			<heading>HSIEB TA’ RIFLESSJONI TA' ROBBIE MAMO – AGHTI MILL-HAZNA LI GHANDEK</heading>
			<paragraph>“Għal min hu bil-ġuħ, bi ftit frak jagħmel festa.</paragraph>
			<paragraph>Għal min hu mwarrab, kelmtejn jinżlulu għasel.</paragraph>
			<paragraph>Għal min hu waħdu u mħasseb, ftit attenzjoni tiswielu ta’ serħan.</paragraph>
			<paragraph>Għal min hu mnikket, li toqgħod ftit maġenbu hu ta’ faraġ  kbir.“ </paragraph>
		</section>
		
		
				<section>	
			<heading> </heading>
			<paragraph> </paragraph>
		</section>
		
	</body>
</bulettin>