<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<?xml-stylesheet type="text/xsl" href="../news/bulettin.xsl"?>
<bulettin>

	<date>Ittra No 04/09 - Il-Gimgha 19 ta' Gunju 2009</date>

	<body>
	

		<section>
			<heading>PREPARAMENTI GHALL-ISTAGUN TAL-FESTI 2009</heading>
			<paragraph>Hu  pjacir taghna nhabbru li l-Banda Santa Marija ghal sena ohra regghet giet mistiedna biex taghti is-servizzi taghha f’diversi rhula.  Dawn li gejjin huma s-servizzi li ghandna ghal din is-sena li jinkludu l-kontribut li l-Banda Santa Marija taghti fil-Festa tar-rahal taghna. Naghmlu appell liz-Zebbugin kollha sabiex takkumpanjaw il-Banda Santa Marija mhux biss fir-rahal taghna izda ukoll fl-irhula l-ohra u nistiednukhom taghmlu uzu mit-trasport b’xejn li jitlaq mill-pjazza dejjem nofs siegha qabel il-bidu tas-servizz. </paragraph>
		</section>
	
	
		<section>
			<heading> </heading>
	
			<paragraph>
				<listitem>Il-Hamis   9 ta’ Lulju 2009	fid-9.30 p.m	Kercem    Marc Brijuz (minn hdejn ic-Centru) </listitem>
				<listitem>Il-Hamis  16 ta’ Lulju 2009 fid-9.30 p.m.	San Gorg Marc minn Pjazza Indipendenza</listitem>
				<listitem>It-Tnejn  28 ta’ Lulju 2009 fis-7.30 p.m.    Zebbug     Recording (skola)</listitem>
				<listitem>L-Gimgha  14 ta’ Awwissu 2009 fid-9.00 p.m	Rabat	     Marc u Programm (minn hdejn l-Aurora)   </listitem>
				<listitem>L-Erbgha	19 ta’ Awwissu 2009	fit-8.30 p.m	Zebbug    Programm fil-Pjazza</listitem>
				<listitem>Il-Gimgha	21 ta’ Awwissu 2009	fid-9.30 p.m.	Zebbug  Dimostrazzjoni (minn Triq Ghajn Melel) </listitem>
				<listitem>Il-Hadd	23 ta’ Awwissu 2009	fil-11.30 a.m.	Zebbug  Marc ta’ fil-ghodu (minn hdejn il-Kazin)</listitem>
				<listitem>Il-Hadd	23 ta’ Awwissu 2009	fis-7.00 p.m.	Zebbug    Innu Kbir u Purcissjoni</listitem>
				<listitem>Il-Hadd   6 ta’ Settembru 2009 fid-9.30 p.m.	Xaghra    Dimostrazzjoni (minn Nazzarenu)</listitem>
				<listitem>Il-Hadd	13 ta’ Settembru 2009 fil-4.45 p.m.     Zebbug    Festa Madonna tal-Ghazziela</listitem>
				<listitem>Is-Sibt   19 ta’ Settembru 2009         -           Marsalforn  End of Summer Festival</listitem>
			</paragraph>
		</section>

				
		<section>
			<heading>HARGA GHAL KEMMUNA U L-GZEJJER TA’ SAN PAWL – IS-SIBT 20 TA’ GUNJU 2009</heading>
			<paragraph>Bhalma digà habbarna fil-bullettin nhar is-Sibt 20 ta’ Gunju 2009 is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija ser torganizza pelligrinagg lejn il-Gzejjer ta’ San Pawl fl-okkazzjoni tas-sena Pawlina. Il-programm jinkludi quddiesa fil-post fejn hu mahsub li sar in-Nawfragju ta’ San Pawlkif ukoll zjara fuq il-gzira ta’ Kemmuna fejn naraw il-Kappella helwa taghha bit-titular tar-Ritorn tal-Familja Mqaddsa mill-Egittu. Ikun hemm hin liberu fejn wiehed jista’ jghum u jdur ma’ dawn il-gzejjer. Baqa’ xi ftit postijiet u nappellaw lil dawk interessati biex ikellmu minnufih lil Frances Cefai (21553093) jew lil Salvina Zammit (21555116). Grazzi lil dawk li diga’ ghamlu il-hsieb li jippartecipaw f’din il-harga differenti minn tas-soltu u j’alla kollox jmur sew.</paragraph>
		</section>


		<section>	
			<heading>JUM IL-MISSIER – IL-HADD 21 TA’GUNJU 2009</heading>
			<paragraph>Bhalma ghamilna f’dawn l-ahhar snin, is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija tistieden lill-komunita’ taz-Zebbug sabiex tiehu sehem fil-quddiesa li ser tigi ccelebrata Nhar il-Hadd 21 ta’ Gunju fic-Cimiterju tal-Parrocca fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Missier.  F’din il-quddiesa ccelebrata mid-Direttur Spiritwali Kan Dun Karm Cini flimkien ma’ sacerdoti ohra jsir talb ghall-missirijiet hajjin u mejtin.  Il-Quddiesa tibda fl-10.00 a.m. u minn qalbna nawguraw lill-missirijiet kollha l-isbah xewqat f’dan il-Jum Specjali ddedikat lilhom.  Biex inkomplu insebbhu din l-gurnata specjali, l-Kumitat ser jaghti tifkira zghira li kull familja li tattendi ghal din il-quddiesa.</paragraph>
		</section>


		<section>	
			<heading>COFFEE MORNING – L-HAMIS 25 TA’ GUNJU 2009</heading>
			<paragraph>Nhar il-Hamis 25 ta’ Gunju 2009 is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija ser torganizza l-ahhar Coffee Morning gewwa qabel jibda jkollna dik is-shana tas-sajf. Il-Coffee Morning jibda fit-9.15.m. u ser ikollna hafna spot prizes xi ftit differenti minn tas-soltu.  Fost il-premijiet ser ikollna TV, oggetti tad-dar, fannijiet u hafna izjed.  Nheggu lil kulhadd biex jahseb ghal biljett tad-dhul minn kmieni biex nevitaw problemi fuq nuqqas jew hela ta’ ikel. Naghmlu appell ukoll biex thajru ohrajn jinghaqdu maghna u waqt li nghaddu siegha flimkien, tkunu qed tghinuna norganizzaw ahjar l-Banda Taghna u nkomplu bil-bini tal-Kazin.</paragraph>
		</section>

		<section>
			<heading>TISLIMA LIL BANDIST KARMNU CINI </heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 13 ta’ Gunju 2009 fl-ghaxija thabbret il-mewt tal-bandist anzjan taghna Karmnu Cini. Ghalkemm konna nafu li Karmnu f’dawn l-ahhar xhur kien qed jissielet ma marda kiefra xorta wahda kienet ahbar li hasditna u niktietna lkoll. Meta nsemmu lil Karmnu ma nistghux ma niftakrux b’liema mhabba u dedikazzjoni kien idoqq il-muzika kemm mal-Orkestra tal-Parrocca kif ukoll mal-Banda Santa Marija. Kien wiehed minn tal-bidu nett li meta twaqfet l-orkestra fir-rahal ha interess jitghallem il-muzika u ghal snin twal ta servizz fil-festi interni lil jsiru fil-Parrocca taghna. L-istess interess u dedikazzjoni uriehom meta erbatax il-sena ilu twetqet ix-xewqa ta’ hafna u twaqfet il-Banda Santa Marija. Karmnu kien minn tal-bidu li kien jattendi b’mod regoli kull kuncert u kull servizz li kien ikollna u baqa’ jaghmel dan sahansitra anke’ meta sahhtu bdiet sejra lura. Ma nistghux ma nsemmux il-ferh li deher fuq wiccu meta daqq fil-Korteo tad-Duluri ta’ din is-sena. Id-determinazzjoni u l-kuragg li wera Karmnu dak in-nhar ghadhom cari f’mohhna u ghandhom ikunu ezempju ghalina lkoll biex nelbghu id-diffikultajiet li jistghu jinqalghu minn zmien ghal iehor. Aspett pozittiv iehor ta’ Karmnu kien il-karattru cajtier tieghu bil-battuti kontinwi u  spirtu pront li kien ighaddi fl-iskop li jnissel tbissima fuq dak li jkun. Biss l-aktar ‘battuti’ li kien ihobb kienu dawk muzikali li kien jehda jikkuncertja u jistudja biex meta jasal il-waqt ikun preparat u johrog l-ahjar melodiji mill-Kurunetta jew l-Althorn tieghu. M’hemmx dubbju li hekk sabu l-Mulej – ppreparat u lest ghall-akbar kuncert - meta nhar is-sibt sejjahlu biex jilqghu fi hdanu u fi hdan Ommu Marija.</paragraph>
<paragraph>Bit-telfa ta’ Karmnu l-Banda Santa Marija mhux biss tilfet bandist dedikat u ezemplari izda fuq kollox tilfet bniedem genwin u bla ebda interessi personali li sahansitra kien irodd lura l-hlas dovut lilu tas-servizzi. Kif kien jixraq il-Banda Santa Marija tat l-ahhar tislima lil bandist, habib u benefattur taghha Karmnu Cini b’daqq ta’ marcijiet funebri nhar l-Erbgha 17 ta’ Gunju 2009 waqt il-funeral tieghu.</paragraph>
<paragraph>F’isem is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija nwasslu l-kondoljanzi taghna lkoll lill-martu Marija, uliedu Joe, Rita u Cetta u l-familjari taghhom, hutu, zijiet, qraba u hbieb.</paragraph>

<paragraph>Il-Mulej jaghtih il-mistieh u l-premju ta’ dejjem. Ammen.
</paragraph> 

		</section>


			
		<section>	
			<heading>ĦSIEB TA RIFLESSJONI MIĠJUB MID-DIRETTUR SPIRITWALI - KAN. DUN KARM CINI</heading>
			<paragraph>“l-azzjoni mhux bil-fors iggib il-ferh, imma m’hemmx ferh minghajr azzjoni.” - ANON</paragraph>
			
		</section>

	</body>
</bulettin>