SOĊJETÀ FILARMONIKA SANTA MARIJA
ŻEBBUĠ, GĦAWDEX
EST. 1995
Soċjetà Filarmonika Santa Marija - Żebbuġ, Għawdex
Program - Festa 2009
PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI F’ĠIEH IL-VERĠNI MARIJA ASSUNTA NKURUNATA LI SE JIĠU ĊĊELEBRATI FIL-PARROĊĊA ARĊIPRETALI, MATRIĊI U SANTWARJU TAŻ-ŻEBBUĠ, GĦAWDEX 8-23 T’AWWISSU 2009

“Hawn jien il-Qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1.38)

IS-SIBT 8 T’AWWISSU: L-EWWEL JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM L-ABBATINI U L-GRUPP TAL-VOKAZZJONIJIET.

Tibda l-kampanja ta’ ġenerożita’ – ġbir ta’ oġġetti ta’ preserves u ikel ieħor għall-Istitut ta’ S. Ġużepp f’Sta Venera, biex imbgħad jitqassmu f’Jum il-Ġenerożita’- 14 t’Awissu).

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m. Fid-9..30a.m. Attivita’ Vokazzjonali għall-Abbatini kollha u l-Grupp tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju t’Għawdex u wara Pizza Party fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Fis-6.30p.m. Rużarju meditat, animat mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni, mmexxija mill-Arċipriet il-Kan. D. Reuben Micallef, li fiha ssir il-Vestizzjoni ta’ tlett abbatini ġodda u t-tiġdid tal-wiegħdiet ta’ l-Abbatini li diġa jagħtu s-servizz tagħhom fil-liturġija.

IL-ĦADD 9 T’AWWISSU: IT-TIENI JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IS-SOĊJETA’ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL

Fil-5.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Dun Anton Dimech. Fis-6.00a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Kant. Dun Karm Cini. Fis-7.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Fr. Mark Demanuele Mssp. Fit-8.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Dun Ġużepp Vella. Fil-11.00a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Kan. D. Noel Saliba. Fl-4.00p.m. Konċelebrazzjoni bl-omelija minn Fr. Louis Mallia Mssp. saċerdot iben il-Parroċċa u Superjur Reġjonali tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl għal Malta u Għawdex, bis-sehem tal-membri u l-ħbieb tas-Soċjeta’.

IT-TNEJN 10 T’AWWISSU: IT-TIELET JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IT-TFAL

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Fis-6.00p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30p.m. Quddiesa tal-Kwindiċina mmexxija minn Fr. Geoffrey Attard – Vigarju Koperatur li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali t-Tfal kollha tal-Parroċċa li huma mitluba jġibu magħhom xemgħa biex joffruha lil Santa Marija. Il-ġabra waqt il-Quddiesa ‘llum tmur b’risq il-‘Fundazzjoni Jason Azzopardi’, biex jiġu mgħejjuna tfal mill-Parroċċa tagħna li jkollhom bżonn ta’ kura medika speċjalizzata. Wara l-Quddiesa, fil-Pjazza ikun hemm fun-games għat-Tfal kollha organizzatil-membri taż-Żebbuġ Youth Movement. Fl-aħħar tal-attivita’ t-Tfal kollha jingħataw ġelat.

IT-TLIETA 11 T’AWWISSU: IR-RABA’ JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM L-PERSUNI B’DIŻABILITA’.

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni minn Mons Manwel Curmi, direttur taċ-Ċentru Persuni b’diżabilita’ u Dar Arka, bis-sehem tal-Membri taċ-Ċentru għall-Persuni b’diżabilita’. Wara nkomplu naqsmu l-ferħ tagħna magħhom permezz ta’ Ikla flimkien.

L-ERBGĦA 12 T’AWWISSU: IL-ĦAMES JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IL-KUNSILL LOKALI U L-GĦAQDIET SOĊJALI U SPORTIVI TAR-RAĦAL U L-VOLUNTIERA KOLLHA LI JGĦINU FIL-PARROĊĊA.

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Fis-6.15p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-6.45p.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ l-aħħar Erbgħa ta’ Santa Marija minn Dun Anton Dimech li fiha jieħdu sehem b’mod attiv il-membri tal-Kunsill Lokali, u l-membri ta’ l-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa: is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija, s-sotto-kumitat tan-Nisa, l-Għaqda tan-Nar, l-Għaqda ta’ l-Armar, l-Għaqda tal-Qniepen, iż-Żebbuġ Youth Movement u ż-Żebbuġ Rovers F.C., u l-voluntiera kollha li jgħinu fil-Parroċċa. Fis-7.30p.m. Marċ mill-Banda ‘Viżitazzjoni’ ta’ l-Għarb minn ħdejn il-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija fi Triq il-Knisja sal-Knisja Parrokkjali, fejn l-istess Banda takkumpanja l-ħruġ ta’ l-Istatwa ta’ Santa Marija minn niċċa fost il-kant ta’ l-innijiet reliġjużi. Tinqara poeżija ta’ l-okkażjoni. Wara l-istess Banda tkompli iddoqq Marċi brijużi fil-Pjazza tar-raħal.

Fis-7.30p.m. Marċ mill-Banda ‘Viżitazzjoni’ ta’ l-Għarb minn ħdejn il-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija fi Triq il-Knisja sal-Knisja Parrokkjali, fejn l-istess Banda takkumpanja l-ħruġ ta’ l-Istatwa ta’ Santa Marija minn niċċa fost il-kant ta’ l-innijiet reliġjużi. Tinqara poeżija ta’ l-okkażjoni. Wara l-istess Banda tkompli iddoqq Marċi brijużi fil-Pjazza tar-raħal.

IL-ĦAMIS 13 T’AWWISSU: IS-SITT JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IS-SACERDOZJU

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u Celebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Mons Isqof Mario Grech imexxi Konċelebrazzjoni Solenni li fiha jfakkar mal-komunita’ tagħna il-25 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Fl-istess okkażjoni jingħaqdu Dun Ġużepp Saliba li qed ifakkar il-50 Anniversarju u Fr Louis Mallia li qed ifakkar l-20 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali.

IL-ĠIMGĦA 14 T’AWWISSU: IS-SITT JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IL-ĠENEROŻITA’.

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Matul din il-ġurnata tiġi ‘kkordinata kampanja ta’ għoti ta’ demm fil-Blood Donoation Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni minn Fr. Frankie Cini Mssp, saċerdot iben il-Parroċċa, u Direttur ta’ Dar San Ġużepp f’Santa Venera. Tieħu sehem l-Għaqda Qlub Ġenerużi taż-Żebbuġ. Waqt l-offertorju jingħataw offerti għad-Djar tal-Karita’ tad-Djoċesi ta’ Għawdex, lil Dun Mikiel Borg, direttur tal-Caritas, miġbura matul is-sena mill-Għaqda Qlub Ġenerużi tal-Parroċċa, kif ukoll id-donazzjonijiet ta’ ikel preservat u oġġetti oħra miġbura matul il-kampanja ta’ ġenerożita’.

IS-SIBT 15 T’AWWISSU: JUM L-GHID TA’ L-ASSUNTA. SOLENNITA’ TAT-TLUGH FIS-SEMA TA’ MARIJA. IT-TMINN JUM TAL-KWINDIĊINA : JUM IL-FAMILJA.

Fil-5.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Dun Anton Dimech. Fis-6.00a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Kant. Dun Karm Cini. Fis-7:00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Dun Geoffrey G. Attard. Fit-8.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Fr. Noel Saliba. Fil-11.00a.m. Quddiesa minn Fr Joseph Borg Mssp li fiha jieħdu sehem il-familji kollha b’mod speċjali l-koppji li din is-sena qegħdin jiċċelebraw l-10, il-25 u l-50 Anniversarju taż-Zieġ tagħhom. Dawn il-koppji jġeddu l-Kunsens taż-żwieġ tagħhom u jingħataw tifkira ta’ l-okkażjoni.

IL-ĦADD 16 T’AWWISSU: ID-DISA’ JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM L-ISTUDENTI U L-ADOLOXXENTI

Fil-5.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Dun Anton Dimech. Fis-6.00a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Kant. Dun Karm Cini. Fis-7.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Fr Geoffrey Attard. Fit-8.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Fr Mark Demanuele Mssp. Fil-11.00a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Noel Saliba. Fl-4.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni, mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex, li fiha jamministra s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni lil grupp ta’ studenti mill-parroċċa. Jieħu sehem il-Kor Regina Angelorum.

Fit-8.30p.m. fil-lokalita’ tagħna f’Marsalforn ser jittella’ għall-ewwel darba il-Musical G}ERUQNA, kitba tal-Kan. D. Noel Saliba u mużika ta’ Mro Paul Abela, fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali Żebbuġ li huwa mibni fuq il-ħajja tal-Madonna, ta’ Kristu u l-ġrajja ta’ San Pawl f’pajjiżna – spettaklu ta’ mużika, drama, dawl u effetti speċjali.

IT-TNEJN 17 T’AWWISSU L-GĦAXAR JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Fil-għodu l-quddiesa ikun fil-5.00a.m, fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Fis-6.30p.m Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Quddiesa mmexxija minn Fr Mark Demanuele Mssp, Superjur ta’ Dar Stella Maris bis-sehem attiv taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa. Fit-8.30p.m. Serata ta’ divertiment għaż-Żgħażagħ u l-familji kollha fil-Pjazza l-Assunta organizzata miż-Żebbuġ Youth Movement.

IT-TLIETA 18 T’AWWISSU: IL-HDAX-IL JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IL-MORDA U L-ANZJANI U JUM L-GĦAQDIET KATTOLIĊI. .ID-29 ANNIVERSARJU TAL-INKURUNAZZJONI TAL-KWADRU TITULARI.

Filgħodu l-quddies ikun fil-5.00a.m, fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Fil-5.00p.m. Konċelebrazzjoni bl-Omelija mill-Arċip. Emeritus Mons. Onor. Luigi Vella akkumpanjat minn Dun Ġorġ Vella li fiha jiġi ammininistrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda lil l-Anzjani u Morda mill-Parroċċa tagħna. Ikun hemm trasport organizzat għal dawk l-anzjani li m’għandhomx min iwassalhom il-Knisja. Wara jkun hemm refreshments fl-annexe tal-Knisja. Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan D. Noel Saliba li fiha jieħdu sehem attiv il-membri tal-Għaqdiet reliġjużi (Leġjunarji, Membri ta’ l-Azzjoni Kattolika, membri tal-Museum, dawk li jiltaqgħu għall-Lectio Divina, Katekisti) li joffru servizzi fil-parroċċa. Wara jkun hemm bibita għalihom fis-Sagrestija.

Fit-8.30p.m. Ikla Tradizzjonali fil-Pjazza, bis-sehem ta’ diversi Kantanti barranin u oħrajn Żebbuġin.

L-ERBGĦA 19 T’ AWWISSU: L-EWWEL JUM TAT-TRIDU. JUM L-ANIMATURI TAL-LITURĠIJA: LETTURI, ANIMATURI, OSTJARJI, KANTURI U MEMBRI TAL-ORKESTRA.

Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ l-Ewwel Jum tat-Tridu mill-Kan. Kant. Karm Cini, bl-Omelija minn Mgr Carmelo Refalo Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra. Jieħdu sehem il-membri tal-Kor ta’ Santa Marija, il-Kor Regina Angelorum, l-membri tal-Orkestra tal-Parroċċa, il-gruppi tal-kitarri, kif ukoll l-animaturi tal-liturġija, l-letturi u l-ostjarji. Wara tingħad il-kurunella ta’ Santa Marija u nispiċċaw b’elebrazzjoni Ewkaristika. Wara bibita fis-Sagrestija.

Fit-8.30p.m. jibda Programm Mużikali Speċjali mis-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ bl-isem ta’ “Miġra Mużikali“ taħt il-ħarsien tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza l-Assunta bis-sehem tal-mistiedna speċjali Chiara. Jingħataw diversi apprezzamenti fosthom Gieħ il-Banda Santa Marija, Il-Bandist tas-Sena 2009, il-vestizzjoni tal-uniformi lill-bandisti ġodda u din is-sena ser jiġi nawgurat innu ġdid t’għeluq il-festi. Din hija stedina liż-Żebbuġin kollha.

IL-ĦAMIS 20 T’AWWISSU: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU. JUM L-EMIGRANTI U ŻEBBUĠIN LI JGĦIXU BARRA MILL-PARROĊĊA.

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m. Fl-10.00a.m. Quddiesa fiċ-imiterju tal-Parroċċa. Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika.

Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu minn Dun Ġużepp Vella, saċerdot Żebbuġi li jservi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. L-Omelija minn Mgr Carmelo Refalo Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra. Jieħdu sehem l-Emigranti Żebbuġin li jkunu fostna għall-Festa ta’ Santa Marija u ż-Żebbuġin kollha li jgħixu fi rħula oħra. Wara bibita fis-Sagrestija.

Fit-8.30p.m. Barbeque Kbir, ma’ ġenb il-knisja, organizzat miż-Żebbuġ Rovers Football Club, animat minn diversi kantati ta’ fama nazzjonali.

IL-ĠIMGĦA 21 T’AWWISSU: IT-TIELET JUM TAT-TRIDU. JUM IL-KNISJA MISSJUNARJA

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m. u fis-7.00a.m.

Fis-6.45p.m. Jingħad ir-Rużarju. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tat-Tridu mmexxija minn Fr. Victor Zammit Mssp, iben il-Parroċċa u Missjunarju fil-Peru. L-Omelija issir minn Mons Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra. Illum, waqt il-funzjoni, ssir ġabra speċjali għall-missjoni ta’ Fr. Victor fil-Peru. Wara tingħad il-kurunella ta’ Santa Marija u nispiċċaw b’elebrazzjoni Ewkaristika.

Fid-9.30p.m. Dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra akkumpanjata mill-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ u mill-Banda ‘Victory’ tax-Xagħra li jibda minn Triq Għajn Mhelhel għal Pjazza l-Assunta, fejn jindaqq l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni. Fil-11.45p.m. Waqt il-kant ta’ l-Innu Popolari lill-Assunta, l-istatwa ta’ Santa Marija tittella’ fuq il-pedestall fi Pjazza l-Assunta. F’12.00a.m. Programm oriġinali ta’ Logħob tan-Nar ta’ l-Art.

IS-SIBT 22 T’AWWISSU: LEJLIET IL-FESTA. JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN.

Fil-għodu l-quddies ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m.

Fis-7.30a.m. Quddiesa minn Mons Lawrenz Sciberras bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament fl-għeluq tal-Kwindiċina. Fis-2.00p.m. Tiġrijiet tal-bhejjem fi Triq iż-Żebbuġ organizzati mid-delettanti taż-Żebbuġ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ.

Fis-6.30p.m. Translazzjoni bir-Relikwija tal-Madonna, mmexxija minn Fr Frankie Mallia, saċerdot żebbuġi li jservi f’Ruma fl-Italja. Wara Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi. Wara tingħad il-Kurunella ta’ Santa Marija u elebrazzjoni Ewkaristika li titmexxa mid-Djaknu Noel Debono. Fid-9.30p.m. il-Banda Ċittadina ‘La Stella’ tal-Belt Victoria ttella’ programm mużikali fuq il-planċier fi Pjazza l-Assunta. Fid-9.30p.m. Marċ mill-Banda ‘San Girgor’ ta’ Kerċem li jibda minn ħdejn il-Każin tal-Banda Santa Marija fi Triq il-Knisja u jgħaddi minn Pjazza l-Assunta, Triq Għajn Mhelhel, Triq il-Madonna taċ-iċri, sa Pjazza l-Assunta, fejn jindaqq l-Innu tal-Inkurunazzjoni. F’12.00a.m. Programm oriġinali ta’ Logħob tan-Nar ta’ l-Art.

IL-ĦADD 23 T’AWWISSU: JUM IL-FESTA TA’ L-ASSUNTA NKURUNATA. JUM IL-KOMUNITA’ PARROKKJALI.

Fil-5.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Dun Anton Dimech. Fis-6.00a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Kant. Dun Karm Cini. Fis-7.00a.m. Quddiesa bl-omelija minn Fr Geoffrey Attard. Fit-8.00a.m. Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Dun Noel Saliba. Fid-9.00a.m. Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidral u mas-Saċerdoti tal-Parroċċa. Wara l-Vanġelu Mons Isqof jinseġ innu ta’ tifħir lill-Verġni Marija.

Fil-11.00a.m. Quddiesa minn Fr. Mark Demanuele Mssp. Fil-11.30a.m. Marċ brijuż mill-banda taħt id-direzzjoni tal-Mro. Joseph Grech.

Fil-5.15p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons Arċidjaknu Ġiovanni Bosco Gauci, Vigarju Ġenerali. Fis-6.15p.m. It-Tieni Għasar bl-orkestra mmexxi minn Mons Salv Tabone. Fis-7.00p.m. Hruġ tal-purċissjoni mmexxija minn Mons Salv Tabone. Is-Soċjeta’ Filarmonika ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ, issellem lil Santa Marija bl-Innu ‘Alla Beata Vergine Maria Assunta in Cielo’, fuq versi ta’ Giuseppe Serafino Cutajar u mużika ta’ Mro. Willie Attard, bis-sehem tal-Baritonu Pio Dalli, t-Tenur Mario Portelli u l-Kor ‘Santa Marija’. Wara l-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ iddoqq l-Innu Popolari lill-Assunta u takkumpanja l-Purċissjoni b’Marċi u innijiet Reliġjużi.

Fit-8.30p.m. Programm fi Pjazza l-Assunta mill-Banda Ċittadina ‘Leone’ tal-Belt Victoria. Wara dħul tal-Purċissjoni waqt il-kant tal-Innu Popolari lil-Verġni Assunta. Tingħata l-Barka Sagramentali minn Mons Salv Tabone. Wara jsir il-bews tar-Relikwija.

L-ERBGĦA 26 T’AWWISSU:. JUM TA’ RADD-IL ĦAJR.

Fil-għodu l-quddiesa ikun fil-5.00a.m, fis-6.00a.m, u fis-7.00a.m. Fis-6.30p.m. Rużarju u elebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni ta’ Radd-il }ajr immexxija mill-Arċipriet il-Kan. Dun Reuben Micallef, flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa. Wara jsir id-dħul tal-vara ta’ Santa Marija fin-Niċċa.

OPRI ĠODDA

  • Ostensorju kbir, Pissidi u Ċensier irregalati minn D. Ġużepp Vella.
  • Kalċi sabiħ irregalat minn Mons Luigi Vella, Arċipriet Emeritu.
  • Tlestija tal-proġett ta’ rinnovament tad-Dar Parrokkjali.
  • Stallazzjoni ta’ apparat modern awdju-viżiv (projector, big-screen, laptop, speakers u mixer) fis-sala tad-Dar Parrokkjali*
  • Tlesija tal-proġett tal-estensjoni taċ-Ċimiterju Parrokkjali bil-bini tas-Sagrestija.
  • 20 leġiju ġdid għall-Orkestra tal-Parroċċa.
  • Restawr estensiv u induratura tal-Istatwa bir-Relikwiji Insiji ta’ San Fortunatu Martri minn Mario u Ruben Camilleri Cauchi.
  • Bidu ta’ bdil ta’ vestwarju ġdid għall-Purċissjoni tal-Passjoni.
  • Velumeral biex jintuża fil-festi speċjali.*
  • Statwa ta’ Kristu Rxoxt għal fuq il-frontispizju tal-Kappella taċ-Ċimiterju.*
  • Salib ġdid għall-frontispizju tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali.
  • * dawn l-opri ġew imħallsa minn benefatturi diversi.

NOTA

  • Fil-ġranet tat-Tridu, lejlet u nhar il-Festa tieħu sehem l-Orkestra tal-Parroċċa taż-Żebbuġ flimkien mal-Kor ‘Santa Marija’ tal-parroċċa, li tkun taħt id-direzzjoni tal-Mro. Ġużeppi Mallia.
  • Il-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Grech.
  • Il-Korijiet ‘Santa Marija’ u ‘Regina Angelorum’ ikunu taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Marija Cefai u tas-Sinjura Jacqueline Vella u jkunu akkumpanjati mill-Organista Franco Cefai.
  • In-Nar fil-ġranet tal-Festa se jkun maħdum mill-‘Madonna tal-Virtu’ Fireworks Factory’ tal-Għarb, ‘Farrugia Brothers Fireworks Factory’ tal-Fontana, ‘Lilly Fireworks Factory’ tal-Imqabba, ‘San Ġużepp’ ta’ }al Kirkop, ’15 t’Awwissu’ tal-Mosta. Il-logħob tan-Nar kollu huwa ‘kkordinat mill-Għaqda tan-Nar tar-raħal.

FIL-ĠRANET TAL-FESTA EJJA ISMA' L-KELMA T'ALLA, ERSAQ QERR U TQARBEN