<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<?xml-stylesheet type="text/xsl" href="../bulettin.xsl"?>
<bulettin>
	<date>Il-Ħadd, 5 ta' Frar 2012</date>
	<body>
		<section>
			<heading>QUESTION BOX għaż-żgħażagħ fiĊ-ĊENTRU PARROKKJALI</heading>
			<paragraph>Il-Laqgħa li jmiss taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa (minn Form 4 sa Sixth Form), il-Ġimgħa 3 ta’ Frar ser tkun tikkonsisti fi Question Box (Mistoqsija u Tweġiba). Tkun fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.30p.m. Inħeġġuhom biex jattendu. </paragraph>
		</section>
		
		<section>
			<heading>JITKOMPLA L-FILM  FUQ S.ĠWANN BOSCO GĦALL-ABBATINI</heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 4 ta’ Frar, fl-4.30p.m. fis-Sala tad-Dar Parrokkjali ser jitkompla l-Film dwar il-ħajja ta’ San Ġwann Bosco għall_Abbatini u l-Grupp tal-Vokazzjonijiet. Inħeġġu l-Abbatini kollha biex jattendu. Attenzjoni għall-ħin li se jkun fl-4.30p.m. u mhux bħas-soltu fil-5.00p.m.! </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>LAQGĦA GĦALL-UNIVERSITARJI U STUDENTI TAL-MCAST</heading>
			<paragraph>Is-Sibt 4 ta’  Frar fid-Dar Parrokkjali fis-7.00p.m. se tinżamm laqgħa oħra għall-istudenti Universitarji u tal-MCAST. Il-Laqgħa titmexxa mid-Djaknu Mark Bonello. Inħeġġu lil dawn l-istudenti biex jattendu.  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>IL-ĦADD 5 TA’ FRAR: JUM IL-ĦAJJA</heading>
			<paragraph>Din is-sena, Dar Ġużeppa Debono sa tfakkar Jum il-Ħajja b’sensiela ta’ attivitajiet ċelebrattivi u formattivi bit-tema Żgħażagħ miftuħa għall-Ħajja.  Iċ-ċelebrazzjoni prinċipali, il-Ħadd 5 ta’ Frar, sa ssir f’Ta’ Pinu, u tibda fl-4.00pm b’mixja minn ħdejn is-siġra b’disa’ waqfiet qosra li jissimbolizzaw kull xahar tat-tqala fil-ġuf.  Fil-5.00pm Mons. Isqof Mario Grech imexxi Konċelebrazzjoni fis-Santwarju Ta’ Pinu.  Is-Sibt ta’ wara, 11 ta’ Frar, fis-2.00pm, sa ssir laqgħa għaż-żgħażagħ f’Dar Ġużeppa Debono, Għajnsielem, li fiha Dun Richard N. Farrugia u l-ginekologa Dr Margaret Spiteri jitkellmu fuq l-aspett spiritwali u mediku tal-valur tal-ħajja.  Ejjew niċċelebraw il-ħajja flimkien! </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>IĊ-ĊIMITERJU TAL-PARROĊĊA</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar, fl-okkażjoni tal-ewwel Ħadd tax-xahar, iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa se jkun miftuħ bejn it-8.00a.m. u s-1.00p.m. għal dawk kollha li jixtiequ jinvistaw u jitolbu għall-Erwieħ tal-għeżież tagħhom minn dan il-post għażiż. </paragraph>
		</section>

		<section>
			<heading>PROVI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KOR SANTA MARIJA</heading>
			<paragraph>It-Tnejn 6 ta’ Frar fis-6.30p.m. fil-Knisja ser tinżamm prova tal-Kant għall-membri tal-Kor Santa Marija. Il-membri tal-Kor ‘Regina Angelorum’  li huma minn Form 1 il’fuq huma mħeġġa jiġu wkoll għal din il-prova.  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>TIFKIRA TAL-BEATU PIJU IX, PAPA U FUNDATUR TAD-DJOĊESI</heading>
			<paragraph>Nhar it-Tlieta 7 ta’ Frar, niċċelebraw it-Tifkira tal-Beatu Piju IX, Papa. Dan il-Papa  għandu rabtiet speċjali ma’ Għawdex u jista jitqies bħala benefattur kbir tagħna, propju għaliex kien hu li 148 sena ilu, wara ħafna diffikultajiet, bil-Bulla Singulari Amore tas-16 ta’ Settembru tal-1864 waqqaf lil Għawdex bħala Djoċesi għalih, bil-Katidral tiegħu u l-Isqof tiegħu li kien Mons Mikiel Buttiġieġ. Nitolbu bl-interċessjoni tal-Beatu Piju IX, għall-Isqof tagħna Mario, għalina s-Saċerdoti u għall-merħla kollha ta’ din id-Djoċesi tagħna biex il-Mulej ikompli jberikna lkoll.   </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>LECTIO DIVINA – KATEKEŻI FUQ IL-KELMA T’ALLA</heading>
			<paragraph>It-Tlieta 7 ta’ Frar, fis-6.30p.m., fil-Knisja nkomplu bil-laqgħat ta’ Katekeżi : il-Lectio Divina. Ħalli l-Kelma t’Alla tkun għalik dawl li jakkumpanjak fil-ħajja tiegħek! </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>L-ERBGĦA: IL-QUDDIESA GĦAT-TFAL KOLLHA</heading>
			<paragraph>Il-Erbgħa 8 ta’ Frar it-Tfal kollha tad-Duttrina flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mistiedna għal-Quddiesa tas-6.00p.m. Janima l-kant il-kor ‘Regina Angelorum’. Tinsewx iġġibu magħkom l-Attendance card!  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>LAQGĦA GĦALL-ADOLOXXENTI</heading>
			<paragraph>L-Erbgħa 8 ta’ Frar, fiċ-Ċentru Parrokkjali, fis-7.00p.m. issir Laqgħa oħra għall-Adoloxxenti mmexxija minn Dun Noel Saliba. Inħeġġuhom biex jattendu. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>SOLENNITA’  TAN-NAWFRAĠJU  TAL-APPOSTLU  MISSIERNA  S. PAWL</heading>
			<paragraph>Il-Ġimgħa 10 ta’ Frar f’pajjiżna tiġi ‘ċċelebrata s-Solennita’  tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Il-Quddies f’dan il-jum ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m., fis-7.00a.m., fit-8.00a.m., fil-11.00a.m. u fis-6.00p.m. F’dan il-jum speċjali bħala ulied San Pawl fil-fidi, nġeddu l-wiegħdiet tal-Magħmudija tagħna. Infakkru li f’dan il-jum hemm l-obbligu tal-Quddies.  </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>LAQGĦA TA’ FORMAZZJONI GĦALL-LETTURI TAL-PARROĊĊA</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Frar, fis-6.45p.m. fis-Sala tad-Dar Parrokkjali ser issir l-Ewwel minn sensiela ta’ laqgħat ta’ Formazzjoni għall-Letturi kollha tal-Parroċċa. Il-laqgħa ser tkun tikkonsisiti f’Power Point u ddum sas-7.30p.m. Il-Letturi kollha huma mħeġġa ħafna biex jattendu. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>TIFKIRA TAL-EWWEL DEHRA TAL-MADONNA F’LOURDES </heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 11 ta’ Frar jaħbat il-154 Anniversarju mill-ewwel dehra tal-Madonna liċ-ċkejkna Bernardetta fis-sena 1858, f’Lourdes, post  qaddis fi Franza. Inħarsu dan il-Jum b’quddiesa u Tqarbina. Illum jiġi ‘ċċelebrat ukoll l-20 Jum Dinji tal-Morda.  </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>ĠABRA SPEĊJALI GĦALL-PROĠETT TAR-RESTAWR TAL-KNISJA</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ġimgħa 17 (mill-Knisja l’isfel) u s-Sibt 18 ta’ Frar (mill-Knisja l’fuq) ser issir ġabra speċjali bieb bieb b’risq il-Proġett tar-Restawr tal-Knisja. Naħseb li s’issa kulħadd innota l-ġebel kbir (wara l-Knisja) li wasal din il-ġimgħa li ser jintuża għall-ewwel fażi ta’ dan il-Proġett li se jkun jikkonsisti fir-restawr tal-Koppla. Dan il-ġebel fil-ġimgħat li ġejjin ser jinbeda x-xogħol fuqu biex fi żmien qasir inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett tant mixtieq u bżonnjuż. Għaldaqstant nappellalkom biex ngħinu lkoll kemm aħna mill-aħjar li nistgħu. </paragraph>
		</section>



		<section>	
			<heading>GRAZZI MILL-QALB TAL-ĠENEROŻITA’ TAGĦKOM</heading>
			<paragraph>
				<listitem>Lil Nina Saliba u l-klijenti ta’ ‘Saliba Store’ li ġabru s-somma ta’ € 300 mill-lotteriji u li ġew mgħoddija lil Dar Arka.</listitem>
				<listitem>Lil persuni lil taw €  100, € 25, € 20, € 20, € 10, € 6 u € 4 għall-bżonnijiet tal-Knisja. </listitem>
				<listitem>Lil persuna NN li tat € 35 għall-ispejjeż taċ-Ċentru Parrokkjali.</listitem>
				<listitem>Lil persunu NN li taw € 20, € 20, € 10 u € 8 għall-ispejjeż  tal-Fjuretti tal-Ganutell.</listitem>
				<listitem>Lil persuni li taw € 20 u € 20 għall-ispejjeż tal-Party tat-Tfal tad-Duttrina fil-Milied.</listitem>
				<listitem>Lil persuna NN li tat € 20 għall-Mafkar ta’ Dun Karm Cachia li se jsir fil-Knisja.</listitem>
				<listitem>Lil persuna NN li tat € 20 għall-ispejjeż tal-Attivitajiet taż-Żgħażagħ.</listitem>
				<listitem>Lil persuni NN li taw € 10 u € 10 għaż-Żejt u/jew għax-Xemgħa. </listitem>
			</paragraph>
		</section>


	</body>
</bulettin>

