<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<?xml-stylesheet type="text/xsl" href="../bulettin.xsl"?>
<bulettin>
	<date>Il-Ħadd, 5 ta' Settembru 2010</date>
	<body>
		<section>
			<heading>SOĊJU RESPONSABBLI ĠDID GĦALL-MUSEUM</heading>
			<paragraph>Effett tat-tibdil li se jsir fil-Pjan Kateketiku Djoċesan fir-rigward tat-tagħlim tad-Duttrina taż-żgħar tagħna, ser ikollna wkoll bidla fit-tmexxija tal-Museum tal-Parroċċa tagħna. Matul din il-ġimgħa  ġie ‘kkomunikat lilna li Mario Xerri, Soċju tal-Museum mix-Xewkija u li għal dawn l-aħħar snin kien jgħin fil-Museum t’Għajnsielem u l-Qala, se jkun responsabbli mill-Museum tagħna, flimkien ma’ Joseph Mercieca mix-Xaghra. Fil-jiem jiem li ġejjin Mario u Joseph ser jiltaqgħu mal-Arċipriet u mal-Katekisti tal-Parroċċa biex jitfassal programm għas-sena kateketika l-ġdida, li imbgħad ngħadduhulkom biex kulħadd ikun jista jadatta ruħu u l-attivitajiet tiegħu ma’ dan il-programm. Bħal ma se jsir fid-Djoċesi kollha il-ġranet tad-Duttrina se ikunu tnejn : fil-każ tagħna t-Tnejn u l-Ġimgħa. Barra dawn it-Tfal ser ikunu mistiedna jieħdu sehem fil-Quddiesa ta’ nhar t’Erbgħa (filgħaxija) li se tkun indirizzata speċifikament għalihom. Filwaqt li nifirħu u nilqgħu fostna lil Mario u lil Joseph, nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lis-Superjur Toni Grima li għal dawn l-aħħar erba’ snin kien responsabbli mill-Museum tagħna.</paragraph>
		</section>
		
		<section>
			<heading>IĊ-ĊIMITERJU TAL-PARROĊĊA</heading>
			<paragraph>F’dan l-ewwel Ħadd ta’ Settembru (5.09.2010), iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa jkun miftuħ bejn it-8.00a.m. u s-1.00p.m. għal dawk kollha li jixtiequ jinvistaw u jitolbu għall-għeżież tagħhom mejtin minn dan il-post. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>AVVIŻ MILL-GĦAQDA TAN-NA</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru, l-membri tal-Għaqda tan-Nar ser jagħmlu l-ewwel ġabra bieb bieb, għall-ispejjeż tal-logħob tan-nar għall-Festa 2011. Din il-ġabra qiegħda ssir flok l-aħħar Ħadd t’Awwissu. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>ĠITA GĦAN-NAR TAL-FESTA TA’ S.KATERINA FIŻ-ŻURRIEQ</heading>
			<paragraph>L-Għaqda tan-Nar tar-raħal tagħna tixtieq tavża li nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru wara Nofsinhar ser torganizza ġita f’Malta għan-Nar tal-Festa ta’  Santa Katerina V.M. fiż-Żurrieq. Dawk interessati huma mitluba jħallu isimhom fil-Bar taċ-Ċentru jew jikkuntattjaw lil xi ħadd mill-membri tal-Għaqda. Tħallux għall-aħħar.  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>GĦOTI TAD-DEMM FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX </heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru ser jerġa’ jsir ġbir ta’ demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Il-ħin tal-ġbir tad-demm ser ikun mit-8.00am sas-1.00pm. Bħal dejjem inħeġġu lil kull min hu f’saħħtu, biex jagħti d-demm. Importanti li dawk ser jirrispondu għal din is-sejħa jippreżentaw il-karta’ tal-identita’. </paragraph>
		</section>

		<section>
			<heading>SERVIZZ MILL-BANDA SANTA MARIJA FIX-XAGĦRA </heading>
			<paragraph>Is-Soċjeta’  Filarmonika Santa Marija tavża li nhar it-Tnejn 6 ta’ Settembru, il-Banda Santa Marija tar-raħal tagħna ġiet mistiedna biex tagħmel servizz ta’ marċi brijużi mal-Banda Victory tax-Xaghra waqt id-dimostrazzjoni fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina fil-parroċċa tax-Xagħra. Dan is-servizz jibda fis-9.30p.m. u nistiednu lil dawk iż-Żebbuġin li jixtiequ jiġu magħna biex jużaw it-trasport mingħajr ħlas li jitlaq mill-pjazza tagħna fis-9.00pm. Nagħmlu appell qawwi lil bandisti kollha tagħna biex ikunu magħna fil-ħin.  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>FESTA TAT-TWELID TA’ MARIJA BAMBINA – ‘IL-VITORJA’</heading>
			<paragraph>Nhar il-Erbgħa 8 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’  Marija – il-Bambina, u l-festa nazzjonali tal-Vitorja. Il-Quddies (barra tal-10.00a.m.) ikun bħal nhar ta’ Ħadd  jiġifieri fil-5.00a.m., fis-6.00a.m., fis-7.00p.m., fit-8.00a.m., fil-11.00a.m. u ta’ fil-għaxija fl-4.00p.m.  Inħarsu dan il-jum  għażiż b’Quddiesa u Tqarbina.  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>LAQGĦA IMPORTANTI GĦALL-KATEKISTI TAL-PARROĊĊA</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħamis 9 ta’ Settembru fil-5.30p.m. fil-Museum ser issir Laqgħa importanti g]all-Katekisti bi tħejjija għas-Sena Kateketika l-ġdida mas-Soċju Responsabbli Mario Xerri u s-Soċju Joseph Mercieca u l-Arċipriet D. Reuben Micallef. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>FESTA TAL-MADONNA TAL-GĦAŻŻIELA</heading>
			<paragraph>Infakkrukom li l-Festa tal-Madonna tal-Għażżiela din is-sena ser issir il-Ħadd 12 ta’ Settembru – Festa tal-Isem ta’ Marija. Il-Konċlebrazzjoni li ser titmexxa mis-Saċerdot Novell Noel Debono tibda fl-4.00p.m. u wara jkollna l-Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tal-Għażżiela bis-sehem tal-Banda Santa Marija. Inħeġġu l-Parruċċani kollha biex nieħdu sehem bi ħġarna ħalli nkomplu nkabbru din id-devozzjoni partikulari tal-Parroċċa tagħna lejn Ommna Marija taħt dan it-titlu partikulari. Fi tmiem il-funzjoni bħas-soltu jitqassam l-Għażżiel fost dawk preżenti. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>ĠRANET U ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI </heading>
			<paragraph>FILGĦODU: It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, mit-9.30a.m. sal-11.00am.</paragraph>
				<paragraph>Wara Nofsinhar:  It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mill-4.30p.m. sas-6.30p.m. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading> AVVIŻI MIŻ-ŻEBBUĠ ROVERS F.C.</heading>
			<paragraph>Il-Kumitat taż-Żebbuġ Rovers jixtieq jirringrazja lil kulħadd tal-festa kbira li kellna, b'mod speċjali lill-Għaqdiet volontarji kollha u lil dawk li b'xi mod għenu lill-Klabb tagħna. Peress li għandna ħafna tfal interessati li jilgħabu mall-Klabb, se jiġu iffurmati żewġ gruppi biex kulħadd jilgħab fil-kategorija tiegħu. Min hu interessat li jgħin fin-Nursery jew baqa xi tfal li jridu jingħaqdu magħna, huma mitluba javviċinaw lil xi membru tal-kumitat peress li t-training diġa beda. Fuq nota oħra beda wkoll it-training tat-tim tal-kbar. Iż-żgħażagħ interessati li għandhom minn 15-il sena il fuq huma mistiedna jipparteċipaw. Il-kumitat huwa lest li jilqa suġġerimenti u lmenti minn naħħa tal-poplu kollu. Grazzi tal-koperazzjoni.  </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA` </heading>
			<paragraph>* Nifirħu ma’ Serah Cini (mill-Parroċċa tagħna) u Godfrey Borg (Katidral - Victoria) li nhar is-Sibt 28 ta’ Awwissu ngħaqdu bis-Sagramanet taż-Żwieġ, fil-Knisja Parrokkjali tagħna.  </paragraph>
		</section>



		<section>	
			<heading>GRAZZI MILL-QALB TAL-ĠENEROŻITA’ TAGĦKOM</heading>
			<paragraph>
				<listitem>Lil persuna NN li tat is-somma sabiħa ta’ € 1,300 biex isiru 4 fjuretti oħra ġodda tal-ganutell għall-Artal tar-Rużarju.</listitem>
				<listitem>Persuni diversi; € 20 għall-ispejjeż tal-attivitajiet tal-Abbatini. € 3, € 4, € 5 u €10 għax-xemgħa u għaż-żejt. € 25, € 20 u € 10 għal Santa Marija. €10 għall-ispejjeż tal-Ostji. €10 u € 5 għall-bżonnijiet tal-Knisja.</listitem>
			</paragraph>
		</section>


	</body>
</bulettin>

