<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<?xml-stylesheet type="text/xsl" href="../bulettin.xsl"?>
<bulettin>
	<date>Il-Ħadd, 28 ta' Frar 2010</date>
	<body>
		<section>
			<heading>LAQGĦAT TAL-ABBATINI U TAL-VOKAZZJONIJIET</heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 27 ta’ Frar, fil-5.00p.m. isiru is-soliti laqgħat tal-Abbatini u tal-Vokazzjonijiet. Il-laqgħa tal-Abbatini issir fiċ-Ċentru Parrokkjali u titmexxa mid-Djaknu Noel Debono u tal-Vokazzjonijiet titmexxa mill-Arċ. D. Reuben Micallef u issir fis-Sagrestija. </paragraph>
		</section>
		
		<section>
			<heading>ADORAZZJONI FIS-SKIET.</heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 27 ta’ Frar, it-2 Sibt tar-Randan, wara l-Quddiesa tas-6.00p.m. ser tinżamm siegħa Adorazzjoni fis-skiet (sat-8.00p.m.). “Itoblu biex ma tidħlux fit-tiġrib” </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>IL-KUMPANIJA BRONK  TIPPREŻENTA ‘MAJSI’ FIŻ-ŻEBBUĠ</heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 27 ta’ Frar, fis-7.30p.m. ser ittella’ l-Kummiedja ‘Majsi u Lippu l-lagħqi’, fis-Sala tal-Iskola ‘Mons G.A. Vella’. Din il-kummiedja qed tittella bil-kollaborazzjoni ta’ Vitor Refalo. Il-Prezz huwa ta’ € 7.  Fadal biss ftit postijiet. Biljetti mill-bieb tad-dħul.</paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>LECTIO DIVINA GHAZ-ZGHAZAGH GHAWDXIN</heading>
			<paragraph>Matul is-Sibtijiet tar-Randan, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ tistieden liż-żgħażagħ  Għawdxin għal Lectio Divina, li qed tinżamm fis-Seminarju, fit-8.30p.m.  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>IT-TIENI  ĦADD TAR-RANDAN</heading>
			<paragraph>F’dan it-2 Ħadd tar-Randan il-Liturġija tal-Kelma se tlaqqana ma’ Ġesu Trasfigurat fuq il-muntanja Tabor, flimkien ma’ Mose u Elija, iż-żewġ persunaġġi l-kbar tal-Patt il-Qadim li jirrappreżentaw il-Liġi u l-Profeti. Il-leħen tal-Missier mis-Sema jistedinna lkoll biex nisimgħu lilu!  F’dan ir-Randan oqgħod attent iżjed għall-Kelma t’Alla. </paragraph>
		</section>

		<section>
			<heading>Provi tal-Kant għall-Membri tal-Korijiet</heading>
			<paragraph>It-Tnejn l-1 ta’ Marzu, fis-6.30p.m. fil-Knisja issir prova tal-Kant għall-membri tal-Kor S.Marija</paragraph>
<paragraph>It-Tlieta 2 ta’ Marzu, fl-4.00p.m. fil-Museum issir prova tal-Kant għall-Kor ‘Regina Angelorum’. Inħeġġu l-membri kollha biex jieħdu sehem. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>LAQGĦA GĦALL-ADOLOXXENTI FORM 2  U  FORM 3)</heading>
			<paragraph>Nhar it-Tnejn 1 ta’ Marzu, fis-7.00p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali ser issir laqgħa oħra għall-Adoloxxenti, jiġifieri l-istudenti ta’ Form 2 u Form 3. Dan il-grupp qed jitmexxa minn Dun Noel Saliba. Inħeġġu lil dawn l-istudenti biex jattendu. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>EŻERĊIZZI GĦALL-MIŻŻEWĠIN</heading>
			<paragraph>Mit-Tnejn 1 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 5 ta’  Marzu se jsiru l-Eżerċizzi Spiritwali għall-Miżżewġin żgħar. Il-Konferenzi jsiru fis-7.30p.m. minn Fr Martin Cilia Mssp u jinżammu fis-Sala tal-Museum. Fl-istess waqt, għal min m’għandux ma’ min iħalli t-Tfal, se jintwera film għalihom f’sala oħra fil-Museum. Tibdlux dan l-appuntament mal-Kelma t’Alla ma affarijiet oħra li jgħaddu! Il-Mulej qed isejħilkom! X’se twieġeb?  </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>MISTIEDNA GĦALL-EWWEL ĦAMIS TA’ S.PAWL FIL-MUNXAR</heading>
			<paragraph>Fl-okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet speċjali tal-1950 Anniversarju min-Nawfraġju ta’ San Pawl f’pajjiżna, l-Parroċċa tal-Munxar din is-sena qiegħda tistieden il-Parroċċi kollha tad-Djoċesi biex imexxu l-Ħamisijiet bi tħejjija għall-Festa ta’ San Pawl f’Mejju. Għaldaqstant il-Parroċċa tagħna se tmexxi l-Konċelebrazzjoni tal-ewwel Ħamis nhar il-Ħamis 4 ta’ Marzu fis-6.00p.m. Il-konċelebrazzjoni se titmexxa mill-Arċipriet D. Reuben Micallef u tkun animata mill-Korijiet “Santa Marija’ u ‘Regina Angelorum’. Ix-xarabank titlaq mill-Pjazza l’Assunta fil-5.30p.m. Kulħadd mistieden. Niġu lura ftit wara s-7.00p.m. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. issir Quddiesa u wara tinżamm l-Adorazzjoni sas-6.00p.m. Bejn is-2.00p.m. u t-3.00p.m. tinżamm is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Insibu ftit ħin għal Ġesu u nħarsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>NIKKONTEMPLAW  IT-TRIQ TAS-SALIB FLIMKIEN.</heading>
			<paragraph>Il-Ġimgħa, 5 ta’ Marzu, fis-6.30p.m. (wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija), fil-Knisja ser tinżamm Via Sagra animata mill-membri tal-Korijiet ‘Santa Marija’ u ‘Regina Angelorum’. Nappellaw lil kulħadd biex ninġabru bħala komunita’ li tiltaqgħa f’mumenti partikulari ta’ talb u riflessjoni. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>LAQGĦA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ </heading>
			<paragraph>Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu, fis-7.30p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali ser tinżamm Laqgħa ta’ formazzjoni għaż-Żgħażagħ (minn Form 4 ‘l fuq)  li ser titmexxa minn Maureen Vella (Consellor). Inħeġġu ż-żgħażagħ biex jattendu. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>ABBONAMENTI TAL-ĦAJJA F’GĦAWDEX</heading>
			<paragraph>Wasal iż-żmien tat-tiġdid u l-ġbir tal-abbonamenti tar-rivista djoċesana “Il-Ħajja f’Għawdex”. Hija rivista attraenti b’materjal, reliġjuż, soċjali, kulturali, storiku u attwali li jinteressa lil kulħadd. Toħroġ 10 ħarġiet fis-sena u ilha toħroġ ‘il fuq minn 60 sena. Tiswa biss €10 fis-sena. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>NOFS TA’ NHAR TA’ SPIRITWALITA’  GĦAN-NISA KOLLHA</heading>
			<paragraph>Nhar it-Tlieta 9 ta’ Marzu, fl-okkażjoni tar-Randan, ser jinżamm Irtir ta’ nofs ta’ nhar f’Dar ‘Stella Maris’, għan-nisa kollha organizzat mill-Leġjun ta’ Marija. L-Irtir se jitmexxa minn Fr Alex Refalo. Jibda fid-9.00a.m. u jispiċċa qabel Nofsinhar. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>IL-KARITA’  TAGĦNA FI ŻMIEN IR-RANDAN.</heading>
			<paragraph>Bħas-snin l-imgħoddija l-Parroċċa tagħna matul dan ir-Randan qed tniedi kampanja ta’ ġenerożita’ biex ngħinu l-Caritas tad-Djoċesi ta’ Għawdex u l-istitut ta’ Dar S. Ġużepp f’Santa Venera Malta, mmexxi minn Fr Frankie Cini MSSP. Għalhekk ħdejn l-artali ta’ San Mikiel u tas-Sagra Familja qed jinġabru oġġetti ta’ preserves ta’ ikel u oġġetti oħra ta’ utilita’.  </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>SONG FESTIVAL MARJAN FL-ORATORJU DON BOSCO</heading>
			<paragraph> Il-Leġjun ta’ Marija (Għawdex) jixtieq javża li ser jerġa jorganizza s-Song Festival Marjan nhar is-Sibt 8 ta’ Mejju 2010. Dan hu miftuh għal kantanti Għawdxin minn 10 snin ‘l fuq u għal Korijiet. Applikazzjonijiet u dettalji oħra jinkisbu mill-Post tal-Leġjun fi Pjazza Santu Wistin, Victoria kull nhar ta’ Tlieta bejn il-5.00p.m. sas-6.00p.m. </paragraph>
		</section>
		

		<section>	
			<heading>KORSIJIET TAL-EŻERĊIZZI TAR-RANDAN FIL-PARROĊĊA </heading>
			<paragraph>Mit-Tlieta 9 sal-Ġimgħa 12 ta’ Marzu: Eżerċizzi Spiritwali għall-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ. Post : Dar Parrokkjali. Ħin: 7.00p.m. minn Fr. Mark Demanuele Mssp. </paragraph>

<paragraph>Mit-Tnejn 15 sal-Ġimgħa 19 ta’ Marzu : Eżerċizzi Spiritwali għan-Nisa kollha, Xebbiet u Romol. Post : Knisja. Ħin : 1.00p.m. minn Mgr Manuel Curmi</paragraph>

<paragraph>Fl-istess ġimgħa: Eżerċizzi Spiritwali għall-Irġiel u l-Ġuvintur. Post: Knisja. Ħin : 6.30p.m. minn Mgr Manuel Curmi. </paragraph>
		</section>


		<section>	
			<heading>MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA` </heading>
			<paragraph>Fil-jiem li għaddew il-Mulej għoġbu jsejjaħ lil Vitor Tabone għall-ħajja ta’ dejjem. Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu, nibqgħu niftakru fih fit-talb tagħna. Il-familjari jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew sogħba magħhom għat-telfa li għadhom kemm ġarrbu.  </paragraph>

<paragraph>Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’  dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jtistrieħ  fis-sliem. Amen. </paragraph>
		</section>



		<section>	
			<heading>GRAZZI MILL-QALB TAL-ĠENEROŻITA’ TAGĦKOM</heading>
			<paragraph>
				<listitem>Lil diversi persuni li komplew jagħtu offert għar-Restawr tal-Knisja. Inġabru €32 oħra.</listitem>
				<listitem>* Lil persuna NN li tat € 20  għal-bżonnijiet tal-Knisja, lil persuna NN li tat €18 għall-ispejjeż          tal-ganutell, lil persuna NN li tat u € 10 għal Santa Marija.  </listitem>
			</paragraph>
		</section>


	</body>
</bulettin>
