<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<?xml-stylesheet type="text/xsl" href="../bulettin.xsl"?>
<bulettin>
	<date>Il-Ħadd, 7 ta' Frar 2010</date>
	<body>
		<section>
			<heading>PREZENTAZZJONI TAT-TRABI LI TWIELDU FL-2009 F'TA` PINU</heading>
			<paragraph>Is-Sibt 6 ta’  Frar fl-4.30p.m. fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, waqt Ċelebrazzjoni tal-Kelma mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech, ser issir il-Preżentazzjoni tat-trabi li twieldu fis-sena 2009 lil Madonna ta’ Pinu. Ħudu magħkom xema ħamra.</paragraph>
		</section>
		
		<section>
			<heading>LAQGĦAT TAL-ABBATINI U TAL-VOKAZZJONIJIET</heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 6 ta’ Frar, fil-5.00p.m. isiru is-soliti laqgħat tal-Abbatini u tal-Vokazzjonijiet. Din il-ġimgħa ser issir laqgħa waħda għaż-żewġ  gruppi li ser titmexxa mid-Djk Noel Debono u issir fiċ-Ċentru.</paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>IT-3 LAQGĦA GĦALL-KOPPJI LI ŻŻEWWĠU FL-AĦĦAR  ĦAMES  SNIN</heading>
			<paragraph>Nhar is-Sibt 6 ta’ Frar, fis-Sala tad-Dar Parrokkjali (Dar tal-Arċipriet) fis-7.00p.m. ser tinżamm l-aħħar laqgħa għall-Koppji li żżewġu f’dawn l-aħħar ħames snin. Il-laqgħat qed jitmexxew minn Fr Joseph Bajada. Il-laqgħat idumu tlett kwarti. Inħeġġukom biex tattendu. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>FTUĦ  TAL-ĠIMGĦA TAL-MORDA</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar, fid-Djoċesi tagħna se jsir il-ftuħ tal-Ġimgħa tal-Morda. Matul din il-ġimgħa speċjali aħna mħeġġin biex aktar mis-soltu nitolbu għall-Morda kollha u nippruvaw nagħmlulhom xi żjara.</paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>IĊ-ĊIMITERJU TAL-PARROĊĊA FL-EWWEL ĦADD TAX-XAHAR</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar 2010, fl-okkażjoni tal-ewwel Ħadd tax-xahar, iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa jinżamm miftuħ bejn it-8.00a.m. u s-1.00p.m. għal dawk kollha li jkunu jixtiequ jinvistaw u jitolbu għall-ewrieħ tal-għeżież tagħhom minn dan il-post. </paragraph>
		</section>

		<section>
			<heading>GĦOTI TAD-DEMM FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar ser jerġa’ jsir ġbir ta’ demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Il-ħin tal-ġbir tad-demm ser ikun mit-8.00 am sas-1.00pm. Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm iħeġġeġ lil kull min hu f’saħħtu biex jagħti d-demm. Importanti li dawk li ser iwieġbu għal din is-sejħa jieħdu magħhom il-karta’ tal-identita’. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>TIFKIRA TAL-BEATU PIJU IX, PAPA U FUNDATUR TAD-DJOĊESI</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar, niċċelebraw it-Tifkira tal-Beatu Piju IX, Papa. Dan il-Papa  għandu rabtiet speċjali ma’ Għawdex u jista jitqies bħala benefattur kbir tagħna, propju għaliex kien hu li 146 sena ilu, wara ħafna diffikultajiet, bil-Bulla Singulari Amore tas-16 ta’ Settembru tal-1864 waqqaf lil Għawdex bħala Djoċesi għalih, bil-Katidral tiegħu u l-Isqof tiegħu li kien Mons Mikiel Buttiġieġ. Nitolbu bl-interċessjoni tal-Beatu Piju IX, għall-Isqof tagħna Mario, għalina s-Saċerdoti u għall-merħla kollha ta’ din id-Djoċesi tagħna biex il-Mulej ikompli jberikna lkoll. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>FILM FUQ SAN PAWL GĦAT-TFAL KOLLHA TAD-DUTTRINA</heading>
			<paragraph>Nhar it-Tnejn 8 ta’ Frar, fil-5.00p.m. fil-Museum flok id-duttrina ser jintwera film fuq il-ħajja u l-missjoni ta’ San Pawl Missierna, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju minn Nawfraġju tiegħu f’pajjiżna. Nispiċċaw għall-ħabta tas-6.00p.m. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>LAQGĦAT GĦALL-ADOLOXXENTI   (FORM 2  U  FORM 3)</heading>
			<paragraph>Nhar it-Tnejn 8 ta’ Frar, is-solita Laqgħa għall-Adoloxxenti, jiġifieri l-istudenti ta’ Form 2 u Form 3, mhux ser issir minħabba l-eżamijiet. Il-laqgħat jerġgħu jibdew it-Tnejn 15 ta’ Frar. </paragraph>
		</section>
		
		<section>	
			<heading>PROVI TAL-KANT GHALL-MEMBRI TAL-KORIJIET</heading>
			<paragraph>It-Tlieta 9 ta’ Frar, fl-4.00p.m. fil-Museum issir prova tal-Kant għall-membri tal-Kor ‘Regina Angelorum’ u l-Erbgħa 10 ta’ Frar, fis-6.30p.m. fil-Knisja tinżamm prova għall-Kor S. Marija.  </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>IL-QUDDIESA TA' FILGHAXIJA TAD-9 TA' FRAR ISSIR FL-4.30p.m.</heading>
			<paragraph>It-Tlieta 9 ta’ Frar, peress li filgħaxija ser ikun hemm il-Velja Djoċesana fil-Munxar, il-Quddiesa tas-soltu tas-6.00p.m. ser issir fl-4.30p.m., bil-għan li kulħadd ikun jista jieħu sehem fil-Velja. F’din il-ġurnata wkoll ma jkunx hemm Duttrina għa-t-Tfal fil-Museum.  Dan it-tibdil fl-orarju tal-Quddies ta’ filgħaxija qiegħed isir fil-Knejjes kollha tad-Djoċesi ta’ Għawdex.</paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>VELJA DJOCESANA LEJLET SAN PAWL</heading>
			<paragraph>It-Tlieta 9 ta’ Frar, fil-Pjazza tal-Munxar, fis-6.00p.m. ser issir Velja Djoċesana fl-okkazjoni taċ-Celebrazzjonijiet tal-1950 Sena min-Nawfraġju ta’ S. Pawl. Il-Velja titmexxa minn Mons Isqof Mario Grech u tkun tikkonsisti f’Quddiesa u Translazzjoni aux flambeaux lejn il-Knisja. Ix-xarabank titlaq mill-Pjazza fil-5.30p.m. Dawk li ġejjin huma mitluba jinfurmaw l-Arċipriet. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>SOLENNITA’  TAN-NAWFRAĠJU  TAL-APPOSTLU  MISSIERNA  S.PAWL</heading>
			<paragraph>Il-Erbgħa 10 ta’ Frar  f’pajjiżna tiġi ‘ċċelebrata s-Solennita’  tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Il-Quddies f’dan il-jum ikun fil-5.00a.m., fis-6.00a.m., fis-7.00a.m., fit-8.00a.m., fil-11.00a.m. u fis-6.00p.m. F’dan il-jum speċjali bħala ulied San Pawl inġeddu l-wiegħdiet tal-Magħmudija tagħna. Infakkru li hemm l-obbligu tal-Quddies. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>TIFKIRA TAL-EWWEL DEHRA TAL-MADONNA F’LOURDES </heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar jaħbat il-152 Anniversarju mill-ewwel dehra tal-Madonna liċ-ċkejkna Bernardetta fis-sena 1858, f’Lourdes, post  qaddis fi Franza. Inħarsu dan il-Jum b’quddiesa u Tqarbina. Illum jiġi ‘ċċelebrat ukoll is-18-il Jum Dinji tal-Morda. </paragraph>
		</section>



		<section>	
			<heading>LAQGĦA GĦALL-ĠENITURI TAL-EWWEL TQARBINA</heading>
			<paragraph>Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar ser issir Laqgħa importanti għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa issir fil-5.00p.m. fil-Museum u ser titmexxa minn Mgr George Bezzina. Jindirizza l-laqgħa wkoll l-Arċipriet D.Reuben Micallef. </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>ĠABRA SPEĊJALI GĦALL-PROĠETT TAR-RESTAWR TAL-KNSIJA</heading>
			<paragraph>Il-Ġimgħa 12 (mill-Knisja l’isfel) u s-Sibt 13 ta’ Frar (mill-Knisja l’fuq) ser issir ġabra speċjali bieb bieb b’risq il-Proġett tar-Restawr tal-Knisja. Issa li waslu l-permessi kollha ngħinu lkoll kemm aħna mill-aħjar li nistgħu biex fi żmien qasir inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett tant mixtieq u bżonnjuż. </paragraph>
		</section>


		<section>	
			<heading>AKKWISTA  L-KTIEB:  ‘VITOR VELLA –  ĦAJTU U ĦIDMIETU’</heading>
			<paragraph>Għadu kemm ħareġ il-ktieb : ‘Vitor Vella – Ħajtu u ħidmietu. L-Imgħallem bennej tas-Santwarju ta’ Pinu’ dwar personaġġ kumpajżan tagħna li għamel isem għalih, għaż-Żebbuġ u għal Għawdex. Fih materjal fuq il-Knisja u r-raħal tagħna. Jiswa € 8 u jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mis-Sagrestija.  </paragraph>
		</section>

		<section>	
			<heading>MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA`</heading>
			<paragraph>* Naqsmu l-ferħ tagħna ma’ Mario u Alison Cordina fl-okkażjoni tal-Magħmudija ta’ uliedhom tewmin George u Michael, li saret  nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar fil-Knisja Parrokkjali tagħna.  </paragraph>
			<paragraph>* Nifirħu wkoll ma’ Anthony u Charmaine Borg fl-okkażjoni tal-Magħmudija ta’ binthom Kirsty, li saret nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar, fil-Knisja Parrokkjali tagħna</paragraph>
		</section>



		<section>	
			<heading>GRAZZI MILL-QALB TAL-ĠENEROŻITA’ TAGĦKOM</heading>
			<paragraph>
				<listitem>Lil żewġ  persuni li taw € 100 u € 13 għal-bżonnijiet tal-Knisja.</listitem>
				<listitem>Lil persuna li tat € 50 għaż-żejt tas-Sagrament u tal-Kunċizzjoni u € 20 għall-ganutell.</listitem>
				<listitem>Lil żewġ  persuni li taw € 25 u € 10 għal Santa Marija. </listitem>
			</paragraph>
		</section>


	</body>
</bulettin>

