
- Avviz mahrug: Il-Hadd 29 ta' Gunju 2008
Navzaw li nhar it-Tnejn 30 ta` Gunju l-Banda Santa Marija tar-rahal taghna giet mistiedna biex taghmel servizz ta` marcijiet brijuzi gewwa r-rahal ta` l-Gharb. Dan is-servizz jibda fis-07.30 ta` fil-ghaxija .Nistiednu lil dawk iz-Zebbu?in li jixtiequ jigu maghna biex juzaw it-trasport minghajr hlas li jitlaq mill-pjazza taghna fis-7.00pm. Naghmlu appell qawwi lill-bandisti kollha taghna, anke dawk li f`dawn l-ahhar gimghat ma kinux jattendu b`mod regolari ghall kuncerti, biex ikunu maghna fil-hin.
- Avviz mahrug: It-Tnejn 23 ta' Gunju 2008
Nixtiequ navzaw li nhar it-Tnejn 21 ta` Lulju ser isir recording ta` cd shih mimli kompozizjonijiet tal-mibki surmast u kompozitur Zebbugi Antonio Mallia. Din hija okkazjoni rari hafna fl-istorja tar-rahal taghna u ghalhekk qed nistiednu u nheggu lil bandisti kollha li issa ma jibqghux daqstant impenjati bl-istudju jew privat biex jattendu regolari ghal dawn l-ahhar ftit kuncerti.Aktar informazjoni billi ssegwu l-lista tal-provi li titqassam mid-delegat tal-bandisti s-Sur Michael Cini jew minghand is-surmast direttur is-Sur Joseph Grech.
- Avviz mahrug: Il-Hadd 1 ta' Gunju 2008br>Provi tal-Kuncerti fix-Xahar ta` Gunju
Il-Hamis 26-06-08 fl-07.30 p.m. ghal kulhadd
Ghall-aktar taghrif ikkuntatjaw lid-Delegat tal-Bandisti s-Sur Michael Cini [79 5612 17] jew lis-Surmast Direttur is-Sur Joseph Grech [99 4216 11].
- Avviz mahrug: It-Tnejn 28 t'April 2008
Bi thejjija ghal-Laqgha Generali Annwali tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija, nhar il-Gimgha 25 ta`April 2008 sar it-tigdid tal-Kumitat tas-Sezzjoni Zghazagh u dan skond l-istatut f`Kapitlu 6, Artiklu 59. Dan il-kumitat jibqa validu sa l-ahhar t`April 2009 u ghandu fi hdanu dawn il-membri: Christian Cassar president, Dianne Calleja segretarja, u Antoine Camilleri tezorier, TerryAnne Saliba, Herbert J. Cefai, Andrew Camilleri, Redentine Cini u Melvin Calleja.Dawn iz-zghazagh flimkien ser jippartecipaw fl-organizzazjoni tal-briju fil-festa ta` barra ta’ Santa Marija specjalment waqt il-marcijiet tal-hrug ta` Santa Marija min-nicca u l-marc ta` filghodu. Attivitajiet ohrajn matul is-sena jinkludu l-karnival u l-palk. Membri ohrajn li jixtiequ jinghaqdu maghhom mitluba jinkitbu ghand is-segretarja.
- Avviz mahrug: Is-Sibt 29 ta' Marzu 2008
Nixtiequ navzaw li mis-Sibt 5 t`April jissokta t-taghlim professjonali tal-muzika. Dawk l-istudenti li aktar kmieni din is-sena bdew it-tejorija tal-muzika ma` l-assistent surmast tal-Banda Santa Marija s-Sur Omar Zerafa huma mitluba jkomplu jattendu kull nhar ta` Sibt bejn it-3.30 u l-5.30 ta` fil-ghaxija. Studenti godda huma mhegga jinghaqdu maghhom fl-istess hinijiet. It-taghlim ikompli fl-ufficcju tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija u min ikollu xi diffikulta` jista` jikkuntatja lis-Sur Zerafa fuq in-numru: 99 8339 19.

Għafas fuq il-ġranet immarkati bl-aħmar biex tara l-avvenimenti li se jkun hemm f'dik il-ġurnata.
Għafas fuq il-ġranet immarkati bil-griz biex tara l-avvenimenti li kien hemm f'dik il-ġurnata u links għal-paġni relatati maħhom.
| Data | Avveniment | Ħin |
| Tnejn 30 ta` Gunju 2008 | Festa Gharb | 07.30 pm. |
- 23 ta' Gunju 2008 : Obitwarju Aggornat [ara l-aggornament]
- 23 ta' Gunju 2008 : Bullettin tal-Parrocca: 22 ta` Gunju 2008 [ara l-aggornament]
- 21 ta' Gunju 2008 : Ritratti - Youth Music Festival [ara l-aggornament]
- 15 ta' Gunju 2008 : Bullettin tal-Parrocca: 15 ta` Gunju 2008 [ara l-aggornament]
- 8 ta' Gunju 2008 : Avviz - Jum il-Missier [ara l-aggornament]